Malta t-tieni pajjiż Ewropew fejn żdied l-iżjed il-mard sesswali

Malta huwa t-tieni pajjiż Ewropew fejn l-aktar li żdied il-persentaġġ ta’ mard sesswali tul l-aħħar ħames snin, peress li żdied b’119%, wara Spanja fejn żdied b’527%.

Din l-istatistika ġiet irrappurtata mill-ġurnal Ingliż The Sun, li kklassifika l-pajjiżi bħala dawk li għandhom jiġu evitati mit-turisti Brittaniċi għal din ir-raġuni.

Aqra: Malta b’waħda mill-ogħla rati tas-syphilis fl-UE – ECDC

Skont ir-riċerka tas-sit Treated.com, wara Malta kklassifika l-Belġju b’żieda ta’ 62%, imbagħad Franza b’37% u wara, in-Netherlands b’36%. L-uniku pajjiż fil-lista li fih naqas il-persentaġġ ta’ mard sesswali kien ir-Renju Unit, b’nuqqas ta’ 5%.

L-iżjed infezzjoni komuni fl-Ewropa tul dawn l-aħħar ħames snin kienet il-gonorrea.

Riċerka turi wkoll, skont The Sun, li f’60% tal-pajjiżi Ewropej, dawk li jkollhom infezzjoni sesswali, ikunu jistgħu jżommuha sigriet. Iżda hemm xi pajjiżi fejn dawn iridu jgħidu lis-sieħeb jew sieħba tagħhom li jkollhom din l-infezzjoni, fosthom f’Malta.

Wieħed jista’ jagħmel appuntament mal-GU clinic ta’ Malta fuq 2122 7981.