Malta t-tieni l-aktar pajjiż Ewropew li jabbuża mill-eroina

Malta tinsab fit-tieni post fost l-aktar għaxar pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jagħmlu użu mid-droga eroina.
Skont artiklu li deher fuq ir-rivista tas-Sunday Times ta’ Londra, 7.5 minn kull elf persuna fil-popolazzjoni Maltija tabbuża minn din id-droga.
L-aktar pajjiż li jabbuża minn din id-droga fl-Ewropa huwa r-Renju Unit, bi 8.2 minn kull elf persuna. Fit-tielet post insibu lill-Irlanda, segwita mil-Latvija, il-Lussemburgu, l-Awstrija, l-Italja, il-Kroazja, in-Norveġja u l-Greċja.