Malta t-3 mill-aħħar fl-UE fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri – rapport

Malta ġiet fil-91 post filwaqt li ż-Żimbabwe ġie fis-47 post fil-Global Gender Gap Index tal-Forum Dinji tal-Ekonomija (WEF) ippubblikat fis-17 ta’ Diċembru. Il-pajjżi mill-Unjoni Ewropea li kellhom riżultat agħar minn dak ta’ Malta kienu Ċipru u l-Ungerija.

Malta rnexxielha titla’ numru ta’ postijiet meta mqabbel mal-2016 fejn kienet ġiet fil-106 post u fit-93 post fl-2017.

L-indiċi tal-World Economic Forum jaspira li jkun qafas biex juri kemm hi kbira d-deskrepanza ta’ bejn il-ġeneri matul iż-żmien. Fir-rapport tal-2018, 149 pajjiż ġew analizzati. L-oqsma li dwarhom saret l-analiżi jinkludu l-parteċipazzjoni ekonomika, il-kisbiet edukattivi, is-saħħa, u l-politika.

L-aqwa’ erba’ pajjiżi fid-dinja skont l-indiċi huma l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja, u l-Finlandja.

Aktar dettalji minn hawn.