Malta t-3 l-iktar pajjiż bi btajjel pubbliċi fl-Ewropa

Malta hi fit-tielet post fost il-pajjiżi Ewropej fejn jidħlu l-għadd ta’ btajjel pubbliċi – b’14-il jum ta’ btala fis-sena.
Qabel Malta, hemm it-Turkija b’14-il ġurnata u nofs, u l-Finlandja bi 15-il jum ta’ festa.
Imma, skont studju minn Mercer LLC u kkwotat minn BBC, l-Ewropa mhix l-iktar kontinent popolari għal min ifittex pajjiż fejn jgħix fejn jista’ jgawdi iktar ħin liberu.
L-ikbar għadd ta’ btajjel pubbliċi jinsabu f’pajjiżi f’żewġ estremitajiet tad-dinja fl-Amerika Latina u fl-Ażja.
Bi 18-il jum jieħdu l-ewwel post flimkien, il-Kolumbja u l-Indja.
B’16-il jum, il-Libanu, il-Korea t’Isfel, u t-Tajlandja.
Għal min ma jimpurtahx minn ġranet ‘off’ jista’ jikkunsidra pajjiżi ferm eqreb ta’ Malta u li huma kklassifikati bl-inqas għadd ta’ btajjel pubbliċi fis-sena.
L-inqas, is-Serbja b’disat ijiem, l-Ungerija, l-Olanda u r-Renju Unit bi tmint ijiem, u l-Messiku b’sebat ijiem biss fis-sena.