Malta ssaħħaħ in-nefqa fir-riċerka u l-iżvilupp

Matul l-2014, Malta żiedet in-nefqa għar-riċerka u l-iżvilupp minn €24 miljun għal €67 miljun.
Dan jirriżulta mill-istatistika tal-Eurostat li turi kif din l-ispiża issa kibret għal 0.85% tal-prodott gross domestiku minn 0.49%.
L-aktar pajjiżi li kellhom l-ikbar spiża f’dan is-settur kienu l-Finlandja bi 3.17%, l-Iżvezja bi 3.16% u d-Danimarka bi 3.08%.
L-inqas kienu r-Rumanija b’0.38% u Ċipru b’0.47%.
Matul l-2014, il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea nefqu €283 biljun fl-R&D jew 2.03% tal-GDP.
Dan l-ammont huwa l-istess daqs tas-sena ta’ qabel iżda ferm aktar minn dak ta’ għaxar snin ilu, li kien jammonta għal 1.76%.
Dan huwa simili għal dak taċ-Ċina iżda inqas mill-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun u l-Istati Uniti.
Il-mira tal-Unjoni Ewropea hi li dan is-settur jikber għal 3% sal-2020.