Malta se tospita Junior Eurovision ieħor

Fl-20 ta’ Novembru li ġej Malta se tospita l-erbatax-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.
Dan għadu kemm ġie kkonfermat mic-CEO tal-PBS Anton Attard.
Il-festival se jsir fil-Belt Valletta u se jesponi l-ġmiel tal-Belt kapitali Maltija.
Il-finali tal-festival se ssir fid-Dar tal-Mediterran tal-Konferenzi.
Malta rebħet tnejn mill-aħħar tliet edizzjonijiet tal-festival.
Gaia Cauchi kisbet l-ewwel rebħa għal Malta fl-2013 u Destiny Chukinyere rebħet l-aħħar edizzjoni li saret fil-Bulgarija.