Malta se torganizza summit Ewropew dwar l-enerġija

Fi tmiem il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-pajjizi kollha membri fl-Unjoni Ewropea qablu mal-proposta li ressqet Malta biex l-Ewropa tiżviluppa ‘interconnectors’ tal-enerġija ma’ ġajjiżi ġirien tal-Ewropa.
Qal li Malta ressqet wkoll proposta biex tiġi żviluppata pipeline tal-gass man-naħa ta’ isfel tal-Mediterran, b’mod speċjali mal-Libja u t-Tuneżija.
Joseph Muscat qal li din il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew kienet waħda sofisfaċjenti għal Malta.
Qal li għal-laqgħa li jmiss f’April, il-Kunsill Ewropew se jagħti importanza kbira għall-immigrazzjoni rregolari.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat żvela li f’Ġunju li ġej, Malta se tospita summit Ewropew dwar l-enerġija.
Għal dan is-summit se jattendu mhux biss pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea imma wkoll pajjiżi mill-Afrika ta’ Fuq u t-Turkija.
Joseph Muscat enfasizza kif il-Gvern jinsab impenjat li jagħmel minn Malta hub għall-enerġija.