​Malta se tingħaqad fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Fix-xhur li ġejjin Malta se tissottometti l-interess tagħha formalment li tingħaqad fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja ntqal li l-Ministru Owen Bonniċi spjega f’intervent waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li Malta kienet qed tħares b’attenzjoni lejn l-iżvilupp tal-Uffiċċju.
Stqarr li inċidentalment dan l-Uffiċċju kien twieled matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE.