Malta se tiffirma MoU ieħor maċ-Ċina

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu ħabbar li l-ġimgħa d-dieħla se jiffirma memorandum ieħor maċ-Ċina.
Waqt Business Breakfast f’San Ġiljan il-Prim Ministru ħabbar li dan il-ftehim se jibqa’ validu sal-2019.  
Il-ftehim se jinkludi fih: is-saħħa, it-teknoloġija tal-informatika, is-servizzi tal-ajru, l-enerġija, l-edukazzjoni, it-turiżmu u l-kultura.
Dr Muscat ddeskriva l-investimenti miċ-Ċina bħala pass ‘il quddiem u b’hekk jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku taż-żewġ pajjiżi.
Id-deputat kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco laqa’ l-memorandum u qal li jittama li jara l-frott tiegħu.