Malta se tgħin lil-Libja fit-turiżmu

Wara l-laqgħa li saret fil-jiem li għaddew bejn il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella u l-Ministru Libjan għat-Turiżmu Ikram Bash Imam, Malta se tkun qed tgħin lill-Libja fis-settur turistiku.

Dan billi tgħin fil-bini mill-ġdid ta’ dan is-settur fil-pajjiż ġahar tagħna u jiġu diskussi niċeċ ġodda ta’ opportunitajiet għaż-żewġ pajjiżi.

Malta u l-Libja mistennija jirrevedu wkoll il-ftehim ta’ koperazzjoni fit-turiżmu, li kien ġie ffirmat fl-1995.

Din il-possibilita’ ta’ għajnuna bejn iż-żewġ pajjiżi qed tiġi rrappurtata wkoll f’ġurnali Libjani.

Il-koperazzjoni bejn Malti se tiżviluppa fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-reklamar u l-promozzjoni tat-turiżmu.

Il-kollaborazjoni bejn Malta u l-Libja kienet ġiet diskussa wkoll f’Ġunju li għadda waqt iż-żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien għamel fi Tripli.