​Malta se tgħin fit-tagħlim dwar l-anzjanità u s-saħħa onlajn

Il-Gvern ta’ Malta ħabbar li Malta se tkun qed toffri programm ta’ taħriġ onlajn dwar l-anzjanità u s-saħħa.
Fi stqarrija, il-Gvern spjega li dan il-proġett se jsir b’appoġġ lejn l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). Il-ftehim sar il-Ħamis li għadda waqt laqgħa bejn il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u d-Direttur tal-WHO għall-Anzjanità John Beard. 
Il-Gvern qal li l-pjan ġie addottat b’mod unanimu mill-istati membri tal-WHO waqt l-assemblea tal-istess għaqda f’Mejju tal-2016.
L-istrateġija se tkun qed tikkonsidra l-anzjanità b’saħħitha minn perspettiva tal-abbiltajiet li persuni anzjani jkunu jqisu ta’ valur. Biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-istess strateġija, Malta se tkun qed tiżviluppa programm ta’ taħriġ għall-uffiċjali tal-Gvern, mexxejja tas-soċjetà ċivili, u ħaddiema tal-WHO.
Ritratt: OPM