Malta rrappreżentata għall-ewwel darba f’Bols Around The World

Għall-ewwel darba Malta se tkun irrappreżentata fl-edizzjoni globali finali ta’ waħda mill-aktar kompetizzjonijiet tal-cocktails magħrufa mad-dinja.
Marco Utomo, Senior Mixologist f’The Thirsty Barber, hu l-finalist għall-kompetizzjoni Bols Around The World li se ssir f’Amsterdam f’Mejju.
It-tfittxija għall-pijunier li jmiss tal-Bols Genever bdiet f’Novembru li għadda.
Eluf ta’ bartenders minn 75 pajjiż ingħaqdu f’kompetizzjoni u ġew evalwati fuq il-kreattività, l-għarfien, l-istorja, u l-użu prattiku tal-Bols Genever.
Wara tliet kompetizzjonijiet elettroniċi li fihom ġew evalwati minn ġurija magħmula minn tim ta’ esperti internazzjonali, il-kontestanti għaddew għar-raba’ kompetizzjoni.
Ħmistax wara, Marco ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ reġjonali, wara li għeleb 300 kontestant ieħor minn pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Italja u l-Ġermanja. Hu se jirrappreżenta lil Malta fl-edizzjoni finali f’Amsterdam.