Malta ta’ riskju baxx għall-ħasil tal-flus u ffinanzjar tat-terroriżmu – indiċi Żvizzeru

Anti-money laundering

Il-Basel AML Index, indiċi Żvizzeru, ikkonkluda li Malta hija ta’ riskju baxx għall-ħasil tal-flus u ffinanzjar tat-terroriżmu, hekk kif ġiet il-113-il pajjiż minn 125.

Il-punteġġ totali ta’ Malta huwa ta’ 3.94, li huwa 0.02 inqas mis-sena l-oħra. L-għola punteġġ huwa tal-Mozambique, bi 8.22. Dan il-punteġġ huwa kkalkulat fuq 15-il indikazzjoni dwar miżuri kontra ħasil tal-flus u ffinanzjar tat-terroriżmu, livelli ta’ korruzzjoni, standards finanzjarji, is-saltna tal-liġi, u iżjed.

L-indiċi jikkalkula r-riskju ta’ ħasil ta’ flus u ffinanzjar tat-terroriżmu f’pajjiżi differenti billi juża informazzjoni minn sorsi pubbliċi bħal Financial Action Task Force, Transparency International, the World Bank u l-World Economic Forum.

Aqra iżjed: 

MONEYVAL: Għandna nnaddfu isem Malta – Kamra tal-Kummerċ

MONEYVAL: Ir-riżultat ta’ Malta ma kienx sorpriża – IFSP