Malta rikonoxxuta għall-ħidma biex tinqered il-marda tal-Polio

Waqt avveniment imtella’ mill-Global Citizen ġie spjegat li fadal żewġ pajjiżi ewlenin li m’għandhomx aċċess għall-vaċin kontra l-Polio.
Waqt avveniment imtella’ mill-organizzazzjoni Global Citizen fi New York, li għaliha l-Prim Ministru Joseph Muscat kien il-mistieden speċjali, Malta ngħatat rikonoxximent għall-ħidma biex tinqered il-marda tal-Polio.
Malta għaqqdet lill-pajjiżi ewlenin tal-Commonwealth waqt il-laqgħa taċ-CHOGM f’Malta biex jagħmlu dikjarazzjoni konġunta favur impenn globali għal din il-kawża.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-implimentazzjoni hija kruċjali, mhux biss biex tinqered il-marda imma anke biex is-soluzzjoni tkun sostenibbli għas-snin ta’ wara.
Il-pass li jmiss għall-Global Citizen hija f’kampanja Level the Law biex tibgħat messaġġ favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
Fi tmiem l-attività, il-Prim Ministru ngħata l-premju ta’ eċċellenza minn Global Citizen għall-valuri globali li qed juri fit-tmexxija tiegħu.
Ritratt:DOI:Omar Camilleri