“Malta responsabbli, imma l-Ewropej għandhom jgħinu” – il-partiti Ħodor

REUTERS/FILE PHOTO

Read in English.

Il-partit tal-ħodor Ewropej flimkien mal-Alternattiva Demokratika stqarru li Malta hija responsabbli għall-immigranti fl-ibħra viċin tagħha filwaqt li appellaw lill-Unjoni Ewropea biex turi solidarjetà mal-Maltin.

Fi stqarrija konġunta, iż-żewġ partiti rrikonoxxew li hemm pressjoni qawwija fuq Malta u għaldaqstant teħtieġ l-għajnuna minn pajjiżi Ewropej.

L-Alternattiva Demokratika, li hija membru fil-Partit tal-Ħodor Ewropej qalet li Malta m’għandhix għażla imma għandha l-obbligu li ssalva l-ħajjiet. Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li huma jissapportjaw bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Gvern Malti li joffri l-għajnuna direettament fil-Libja iżda huma konxju wkoll tal-isfidi politiċi li hemm fil-Libja.

Evelyne Huytebroek u Jean Lamber mill-Partit tal-Ħodor Ewropej qalu li bħala Unjoni Ewropea għandna responsabbiltà umanitarja li ngħinu lill-persuni fl-Afrika fl-isfidi li jaffaċċjaw. Ħeġġew ukoll biex il-Gvern jieqaf iwaħħal fl-għaqdiet li jsalvaw il-ħajjiet u jieqaf ukoll milli jpittirhom bħala l-ħatjin.