Malta rappreżentata fil-funeral ta’ Margaret Thatcher

Il-Gvern ħabbar li l-Ministru Leo Brincat se jkun qed jirrappreżenta lill-Gvern fil-funeral tal-eks Prim Ministru Ingliz Margaret Thatcher. Hu se jħalli Malta illum wara nofsinhar.

Il-Ministru se jkun wieħed mill-elfejn mistieden li se jattendu għaċ-ċerimonja li se ssir fil-Katidral ta’ San Pawl f’Londra, għada f’nofsinhar.

Sadanittant, fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu, madwar 700 suldat u uffiċjali tal-armata Ingliża ħadu sehem fi prova tal-funeral ta’ Thatcher f'Londra. Din damet madwar 20minuta, madwar 3minuti aktar minn kif kien pjanat.

Għall-ewwel darba fi kważi 50 sena, l-arloġġ tal-Big Ben se jibqa' sieket waqt il-funeral. L-aħħar darba li ġara dan kien waqt il-funeral tal-eks Prim Ministru Ingliz Winston Churchill, fl-1965.