Malta r-4 fl-Ewropa għas-segretezza finanzjarja

Malta ikklassifikat ir-raba’ l-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea u it-18 l-iktar pajjiż fid-dinja b’segretezza fil-finanzi tagħħhom. Dan ġie żvelat fir-rapport internazzjonali The Financial Secrecy Index 2020, ippubblikat minn Tax Justice Network, indiċi globali tal-pajjiżi fejn individwi u organizazzjonijiet lesti jaħbu l-finanzi tagħhom mil-liġi. 

L-Indiċi tas-Segretezza Finanzjarja tikklassifika l-ġurisdizzjonijiet skont is-segretezza tagħhom u l-iskala tal-attivitajiet finanzjarji tagħhom barra mill-pajjiż, u tagħtihom livell minn 0 (trasparenza kompluta) sa 100 (segretezza kompluta). Bħala medja, il-pajjiżi fl-indiċi naqqsu l-kontribuzzjoni tagħhom għas-segretezza finanzjarja globali b’7%.

Malta matul is-snin

Fl-iktar rapport riċenti, Malta ikklassifikat bħala it-18 il-pajjiż bl-iktar segretezza globalment. Fl-2018, Malta kienet tinsab fl-20 post, u fl-2015, kienet fis-27 post.

Fl-2020, Malta ngħatat livell ta’ segretezza ta’ 62/100, li huwa żewġ punti taħt il-livell medju.

L-agħar kategoriji kienu fit-trasparenza tal-fiduċja u s-sjieda tal-fondazzjoni, it-trasparenza tal-proprjetà u sjieda oħra tal-assi, l-iżvelar tat-taxxa korporattiva u l-promozzjoni tal-istrutturi tat-taxxa tagħha.

L-ikbar 10 atturi tas-segretezza finanzjarja fid-dinja bħalissa huma:

  • Il-Gżejjer Cayman 
  • L-Istati Uniti
  • L-Isvizzera
  • Ħong Kong
  • Singapor
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Ġappun
  • L-Olanda
  • Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi
  • L-Emirati Għarab Magħquda

Ir-rapport sħiħ tista’ tarah hawn.