Malta qed tnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt – Joseph Muscat

Waqt it-tnedija tal-ewwel farm solari f'Malta, il-Prim Ministru Joseph sostna li Malta se tkun qiegħda tnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt b'investiment f'enerġija nadifa. Dan iwassal għal ħajja aktar b'saħħitha għall-poplu kollu.
Dan l-investiment sar mil-kumpanija Medserv li ilha f'Malta għal dawn l-aħħar 40 sena.
Il-Prim Ministru qal li dan il-proġett huwa eżempju ta’ kif is-settur privat jista’ jaħdem u jagħmel l-investiment f'Malta. Qal ukoll li minnu se jgawdu iktar minn 800 dar.
Jgħin ukoll sabiex Malta tlaħħaq mall-miri fl-enerġija alternattiva tal-2014-2016 li huwa ta’ 4.5%
Dan l-investiment f'enerġija alternattiva jinkludi 8,000 panella solari li se jkunu qiegħdin jiġġeneraw 'il fuq minn 2.1MW. Għal dan il-proġett intużat teknoloġija Ġermaniża tal-kumpanija Electrofix.