“Malta qed tirrifjuta li ddaħħal lil 278 immigrant”

Twitter

Read in English.

Il-fotografu Santi Palacios xerred ritratt li ħa ta’ grupp immigranti abbord il-bastiment Open Arms fl-ibħra Maltin. Il-278 immigrant ilhom sebat ijiem bejn sema u ilma, u l-Gvern Malti rrifjuta li jdaħħalhom Malta.

Dan kitbu fuq Twitter il-fotografu, flimkien mar-ritratt tal-ewwel grupp ta’ immigranti li ġew salvati fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.

Huwa kiteb li llum Malta rrifjutat li tagħtihom port sigur jew twettaq evakwazzjonijiet mediċi, minkejja t-temp ikrah ta’ bħalissa li qed jipperikolalhom ħajjithom.