“Malta qed tfittex li tistabbilixxi relazzjoni mal-Ażerbajġan”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta qed tfittex li tistabbilixxi mill-ġdid ir-relazzjoni u l-investiment mal-Ażerbajġan.
Waqt laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Malti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ażerbajġan, Elmar Mammadyarov, qal li l-kritika ddirezzjonata lejn Malta minħabba r-relazzjoni tagħha mal-Ażerbajġan mhix neċessarjament xi ħaġa ħażina, għax huma dawk biss li ma jagħmlu xejn li qatt ma jkunu kkritikati.
Il-laqgħa saret fil-bidu ta' tlett ijiem żjara li l-Ministru tal-Ażerbajġan qed jagħmel f'Malta, fejn qed ikun akkumpanjat mill-Viċi-President tal-kumpanija taż-żejt SOCAR, Elshad Nasirov, kif ukoll mill-ambaxxatur tal-Ażerbajġan, Mammad Ahmadzada.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-importanza tar-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, minkejja l-kritika lokali.
Ritratt: DOI – Kevin Abela