Malta Public Transport tirbaħ premju ta’ eċċellenza

Malta Public Transport, il-kumpanija privata li topera s-servizzi skedati tal-karozzi tal-linja fil-gżejjer Maltin hija r-rebbieħa tal-premju IRU Smart Move Bus Excellence Award, wara li għamlet biċċa xogħol kbira fit-trasformazzjoni tat-trasport pubbliku.
L-IRU, assoċjazzjoni globali tat-trasport pubbliku, qalet li l-kumpanija qeda toffri servizz affidabbli u komdu għall-passiġġieri. Qalet ukoll li l-investimenti sinifikanti wasslu għal żieda ta' aktar minn 15% fl-għadd ta' passiġġieri meta mqabbla mal-2014. Il-passiġġiera huma wkoll infurmati aħjar grazzi għat-Tallinja app li wkoll rebħet xi premijiet fil-passat. 
Umberto de Pretto, is-Segretarju Ġenerali tal-IRU qal, “Huwa sodisfaċenti għall-IRU meta tiskopri proġetti tant innovattivi fis-settur tax-xarabanks u l-kowċijiet li tassew jinkorporaw l-eċċellenza fil-mobilità. Inħeġġeġ lill-applikanti kollha u lir-rebbieħa b'mod partikolari għall-impenn u l-isforzi impressjonanti tagħhom biex jagħmlu t-trasport pubbliku servizz ta' kwalità għolja għall-passiġġieri u l-viżitaturi”. Żied jgħid li dawn jagħtu eżempju lill-industrija.
Felipe Cosmen, il-President tal-Malta Public Transport qal “Ninsabu onorati li qegħdin nirċievu dan il-premju. F'dawn l-aħħar sentejn u nofs, affrontajna diversi sfidi iżda d-determinazzjoni tagħna li nipprovdu lin-nies f'Malta servizz ta' trasport pubbliku sigur u affidabbli,immotivat il-ħidma tagħna biex bħala tim nilħqu dawn ir-riżultati pożittivi”.