Malta Properties Company plc torganizza l-laqgħa annwali ġenerali

Ritratt: Il-Kap Eżekuttiv qed jindirizza l-Laqgħa Annwali Ġenerali. Ritratt: -Rene Rossignaud

Read in English.

Il-kumpanija Malta Properties Company p.l.c. (MPC) dan l-aħħar organizzat il-ħames Laqgħa Annwali Ġenerali tagħha li matulha tat aġġornament tal-prestazzjoni ġenerali matul l-2019. Minn perspettiva finanzjarja, id-dħul kiber 3.4 fil-mija għal €3.43 miljun, filwaqt li l-valur nett tal-assi għal kull sehem kiber minn 51 ċenteżmu għal 53 ċenteżmu. Din il-prestazzjoni ppermettiet lill-kumpanija tħallas dividend lill-azzjonisti ta’ €0.01 għal kull sehem.

Minn perspettiva ta’ operat, il-Kumpanija għaddiet ukoll minn xi tibdil fl-aħħar ġimgħat bl-ħatra tas-Sur Mohsin Majid bħala Kap Eżekuttiv. Is-Sur Majid, li serva fil-Bord tad-Diretturi tal-MPC għal bosta snin, ġie milqugħ mill-President tal-MPC, is-Sur Deepak Padmanabhan.

Fl-indirizz tiegħu lill-azzjonisti, is-Sur Padmanabhan, għamel referenza għal uħud mill-iżviluppi u kisbiet ewlenin matul is-sena taħt reviżjoni, b’mod partikolari l-kiri tal-propjetà tal-MPC fil-Furjana li saħħet id-dħul u ddiversifikat il-bażi tal-klijenti tal-kumpanija; it-tlestija tal-iskambju l-ġdid ta’ Birkirkara li issa ngħata lil GO p.l.c., u l-progress sinifikanti li qed isir fis-sit fiż-Żejtun.

Is-Sur Padmanabhan qal, “Meta nħarsu lura, huwa faċli li ninsew – wara li għexna l-impatt tal-imxija tal-Covid-19 – li l-2019 kienet ukoll sena ta’ bdil sinifikanti għal Malta u l-ekonomija tagħha. F’dan il-kuntest, il-politika tagħna li ninvestu biss fi proprjetajiet li joffru potenzjal ġenwin fit-tul bi prezz li jagħmel sens, tkompli turi l-valur tagħha. Qed inkomplu nħarsu lejn investimenti ġodda bħax-xiri tas-sit fis-Swatar, attwalment mikri minn HSBC Global Services (UK). Hekk kif MPC tkompli timmatura, nistgħu naraw li l-ambizzjonijiet tagħna li nkunu minn ta’ quddiem nett fis-suq tal-provvista ta’ proprjetà kummerċjali qegħdin iseħħu gradwalment.”

Fil-kummenti introduttorji tiegħu lill-azzjonisti, is-Sur Majid qal, “Qed nieħu dan ir-rwol ġdid bħala Kap Eżekuttiv b’entużjażmu kbir għal dak li aħna, bħala tim maqgħud, għandna ppjanat li niksbu fis-snin li ġejjin. Minkejja l-imxija globali, MPC kompliet iżżomm l-istandards ta’ servizz u operazzjonijiet tagħha. In-negozju tagħna kien reżiljenti, xhieda tal-kwalità tal-assi u tal-kerrejja li għandna. B’ħarsa ‘l quddiem, nistenna li l-MPC tikber, filwaqt li tibbenefika minn opportunitajiet li s-suq joffri u tadatta għas-setturi tal-proprjetà bi tendenzi attraenti fit-tul. Ninsab ħerqan li nagħmel kull sforz possibbli biex inkompli fuq is-suċċess li diġà nkiseb u niżguraw li l-MPC tibqa’ l-fornitur tal-għażla f’Malta f’dak li hu propjetà kummerċjali.”

Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll mill-Kap tal-Finanzi tal-MPC, is-Sinjura Daniela Zammit, li tat reviżjoni dettaljata tal-prestazzjoni finanzjarja tal-Grupp għall-2019. Matul il-laqgħa Paul Testaferrata Moroni Viani u Edmond Brincat ġew ukoll eletti mill-azzjonisti biex iservu fuq il-Bord ta’ Diretturi għas-sena li ġejja.

Aktar dettalji dwar il-prestazzjoni tal-MPC jinsabu disponibbli fir-Rapport Annwali u r-Rapporti Finanzjarji disponibbli fuq is-sit www.mpc.com.mt

Dan it-tagħrif twassal minn Malta Properties.