Malta ppreparata sew għall-Coronavirus – Mario Galea

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li Malta hija ppreparata sew biex tilqa’ għall-coronavirus. Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament, Galea qal li d-dipartiment tas-Saħħa tgħallem mill-aħħar pandemija, dik tal-2009 tal-virus H1N1.


“Fl-2009, bħala Segretarju Parlamentari jien ħdimt spalla ma’ spalla ma’ dawn in-nies u issa nkun ipokrita jekk ngħid li f’daqqa waħda dawn l-istess professjonisti ma baqgħux tajbin f’xogħolhom,” stqarr Galea.


Huwa qal li l-coronavirus espona wkoll it-talent ta’ Dr Gauden Galea, minn klinika żgħira f’Ħaż-Żebbuġ spiċċa bħala l-mibgħut tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) f’Beijing.