Malta ppremjata għas-simplifikazzjoni fi ħlas ta’ benefiċċji

Malta ngħatat premju mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (ISSA) għax-xogħol siewi marbut mas-simplifikazzjoni ta’ kif jingħataw il-benefiċċji taċ-children’s allowance u tal-allowance supplimentari.
Iċ-ċertifikat (Certificate of Merit with Special Mention) fl-ISSA Good Practice Award ingħata fi Stokkolma.
Il-Gvern qal li l-assoċjazzjoni nnutat kif il-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali, bi ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, wassal biex inaqqas il-burokrazija u biex jikkalkula l-benefiċċji mingħajr ma dawk intitolati jkollhom jerġgħu jimlew formuli biex jirċievu l-ħlasijiet.
B’din il-miżura, 49% dawk li jirċievu ċ-children’s allowance u 12% ta’ dawk li jirċievu is-supplementari kellhom dħul iktar minn dak dikjarat u għalhekk ġew iffrankati qrib 4% minn nefqa totali għall-benefiċċji.