Malta popolari għat-togħma unika tajba tagħha

Ritratt: TJ Turner

Qed jgħidu li jekk tixrob lil Malta tkun bħal qed tiekol sandwich minn flixkun. Titħawwad ftit b’dan il-kliem sakemm tirrealizza li qed jirreferu għal xarba jisimha Malta li hi tassew popolari fl-Amerika ta’ Fuq u fil-pajjiżi tal-Karibbew.

Hemm bosta kumpaniji li jagħmlu lil Malta imma l-bażi tax-xarba jibqgħu l-istess. Ix-xarba hi magħmula mill-istess ingredjenti li jagħmlu bihom il-birra. Id-dehra u kif tinxtamm huma l-istess imma t-togħma tagħha hija unika.

Malta tinxtorob kiesħa dirett mill-flixkun imma bosta jħobbuha wkoll imferra fuq is-silġ jew anki mħallta mal-ħalib tal-bott. It-togħma tagħha hi ħelwa, imma mhux bħal dik tal-ħelu: togħma li jingħad li hi antika daqs l-art u s-siġar u li qed tintilef mill-ikel ta’ dan is-seklu.

Ix-xarba hi kemxejn magħquda u ddum aktar mill-birra biex titferra f’tazza. Darba tixrobha tirrealizza għaliex Malta saret ix-xarba ewlenija fil-pajjiżi tal-Karibbew u f’partijiet tal-Amerika Latina.

Prodott ieħor ta’ Malta hu dik magħmul fi Puerto Rico. Din hi Malta India li saret ix-xarba preferita għal mal-ikel tradizzjonali f’dak il-pajjiż bħall-pasteles, tostones u l-mofongo. U dan biex ma nsemmux ikoll il-Malta Goya, manifattura mill-kumpaija Polar, fil-Veneżwela.

Imma mistoqsija li tiġi f’moħħ il-Maltin ta’ Malta hija jekk dawk li jixorbu lil Malta jafux li hawn pajjiż li jismu Malta.

Ix-xarba Malta kif todher f’The Queen’s Gambit. Artiklu aġġornat fid-19 ta’ Diċembru 2020. Ritratt: Chris Bajada.
Ix-xarba MALTA f’The Queen’s Gambit. Artiklu aġġornat fid-19 ta’ Diċembru 2020. Ritratt: Chris Bajada