“Malta mudell għall-pajjiżi oħra fid-drittijiet tal-persuni LGBTIQ”

Il-Belġju ffirma Memorandum of Understanding ma’ Malta biex ifassal il-liġi tal-identità tal-ġeneru fuq il-mudell ta’ Malta.
Waqt laqgħa ma’ rappreżentati mill-komunità LGBTIQ il-Ministru għal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li Malta qed isservi ta’ mudell għall-pajjiżi oħra fid-drittijiet tal-persuni LGBTIQ.
Hija qalet dan fl-anniversarji fil-qasam tal-ugwaljanza u l-kisba tad-drittijiet ċivili.
Dalli qalletl li bħal-lum sentejn, il-Parlament approva d-dħul tal-liġi dwar l-unjoni ċivili minkejja l-astensjoni  tal-Oppożizzjoni, filwaqt li sena ilu ġiet approvata l-liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru.
Il-Ministru Dalli qalet li l-bidliet kbar li għamlet Malta fl-aħħar tliet snin fil-qasam tal-libertajiet ċivili wasslu biex minn importatur, Malta issa saret pajjiż li qed jesporta dawn id-drittijijet.
Ritratt: DOI: Jason Borg