“Malta mudell għal-LGBT fil-Mediterran” – Helena Dalli

Waqt laqgħa li kellha mad-delegati ta’ konferenza internazzjonali dwar id-drittijiet ta’ persuni LGBT fil-Mediterran, il-Ministru Helena Dalli, qalet li Malta isservi ta’ mudell fir-reġjun tal-Mediterran f’dak li jirrigwarda l-ugwaljanza u d-drittijiet ta’ persuni LGBT.

Il-Ministru semmiet l-inizjattivi li ħa l-Gvern fosthom l-emendi fil-Kodiċi Ċivili li permezz tagħhom persuni li għamlu bdil fis-sess qed jiġu rikonoxxuti bis-sess il-ġdid tagħhom, l-introduzzjoni tal-Att tal-Unjoni Ċivili li se jidħol fis-seħħ sal-aħħar tas-sena, u l-liġi dwar l-identita` tal-ġeneru fost l-oħrajn.

Helena Dalli semmiet il-Kunsill Konsultattiv li twaqqaf mill-Gvern preżenti biex jikkonsulta direttament mal-għaqdiet non-governattivi f’dan ir-rigward.

Il-pajjiżi li ħadu sehem f’din il-konferenza kienu t-Turkija, Ċipru, il-Greċja, l-Italja, l-Albanija u Malta.