Malta mistennija jkollha kompetizzjonijiet lokali tal-Beach Handball

Nhar il-Ħadd li ġej id-delegat Malti tal-Federezzjoni Ewropea tal-Handball, Alan Grima se jkun impenjat fil-partita mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni mill-Kampjonat Dinji tal-Irġiel bejn il-Greċja u Ċipru.
Il-logħba li se tintlgħab f'Patra fil-Greċja se tkun kontrollata minn żewġ referis Taljani.
Intant, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball ħabbret li nnominat lill-kowċ Nazzjonali Malti tat-team tal-Beach Handball tal-irġiel, Ian Psaila bħala Osservatur Nazzjonali għall-European Beach Handball Tour 2015/2016.
L-Assoċjazzjoni flimkien ma' Ian Psaila jinsabu jaħdmu id f'id bl-għan li jkunu stabbiliti kompetizzjonijiet lokali tal-Beach Handball