Malta mill-ġdid fuq il-lista l-ħamra tal-Belġju

Malta tinsab mill-ġdid fuq il-lista l-ħamra tal-Belġju. Dan ifisser li ma jistax isir vjaġġar minn u lejn Malta mill-Belġju.

Iktar kmieni f’Settembru Malta kienet tneħħiet minn fuq il-lista l-ħamra tal-Belġju u tpoġġiet fuq il-lista oranġjo, filwaqt li kull min jivjaġġa lejn Malta kien qed ikun appellat biex joqgħod attent ħafna. Il-Belġju kien waqqaf l-ivjaġġar lejn minn u lejn Malta l-ewwel darba dan is-sajf fl-14 ta’ Awwissu u kien iddeskriva lil Malta bħala pajjiż risjuż minħabba l-Coronavirus.

Illum l-awtoritajiet tas-saħħa rrapurtaw 42 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, filwaqt li 60 pazjent fiequ.