Malta mill-aqwa fl-Ewropa fl-aċċess għall-broadband

Riżultat tal-aħħar Digital Agenda Scoreboard, ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea annwalment, Malta żammet l-ewwel post fost it-28 Stat membru tal-UE fil-kopertura tan-next generation broadband network.
Malta telgħet żewġ pożizzjonijiet ‘il fuq u wara sentejn, illum tinsab fid-disa’ post fl-infrastruttura u l-kwalità tal-broadband.
L-iskop ta’ dan l-eżerċizzju mill-Kummissjoni Ewropea huwa li jkejjel il-progress tal-ekonomija diġitali Ewropea fis-sena kalendarja li tkun għaddiet.
Meta wieħed jikkumpara l-kisbiet ta’ Malta mal-medja Ewropea, is-suċċess ta’ Malta jiddistingwi ruħu b’100% kemm għall-fixed broadband u Next Generation Access. Dan waqt li l-medja Ewropea tgawdi persentaġġ ta’ 97% u 68% rispettivament.
Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, l-MCA, Dr Edward Woods, qal li dawn iċ-ċifri huma inkoraġġanti u jirriflettu xejn ħlief id-direzzjoni pożittiva li s-settur tal-komunikazzjoni elettronika qabad u miexi fiha.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħatu fuq karl@newsbook.com.mt.