Malta mhux se tirrikonoxxi l-indipendenza tal-Katalunja

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li l-Gvern Malti mhux se jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Katalunja u se jibqa’ jirrispetta l-integrità terrirtorjali ta’ Spanja.
Fi stqarrija, il-Ministeru tenna l-appoġġ tiegħu lejn il-Gvern ibbażat f’Madrid fejn qal li se jibqa’ josserva bi tħassib l-aħħar żviluppi tas-sitwazzjoni politika fi Spanja.
Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hija simili għal dik li ħadu Gvernijiet oħra fosthom Franza, il-Ġermanja u l-Istati Uniti.
Dawn kollha sostnew li mhux se jirrikonoxxu d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Katalunja.