Malta mhux matura biżżejjed għat-tielet partit fil-parlament – Falzon

Michael Falzon
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministru Michael Falzon stqarr li Malta għandha mhix matura biżżejjed biex ikollha t-tielet partit fil-parlament.

Meta kien qed jitkellem illum fil-parlament, Falzon qal li l-klima politika f’pajjiżna għadha ma tippermettix li jkun hemm deputat li jivvota kontra l-partit tiegħu.

 Hu qal li ż-żewġ partiti kemm ‘il darba ddiskutew il-proposta ta’ ‘premio di maggioranza’ fejn il-partit fil-Gvern jingħata biżżejjed membri biex jiggverna.

Il-Ministru Falzon qal li minkejja li ż-żewġ partiti meta kienu fil-Gvern; PL 1996-1998 u PN 2008-2013) soffrew sitwazzjoni fejn tilfu l-maġġoranza, huma dejjem irreżistew din il-proposta.

Huwa kompla jgħid li minkejja din il-proposta magħmula mill-Partit Laburista fiż-żmien Alfred Sant kienet ġiet ikkritikata, jemmen li tista’ ġġib iktar stabbilità.

Il-Ministru Falzon hu meqjus bħala l-espert elettorali tal-Partit Laburista u ilu jirrapreżenta lill-Partit f’diskussjonijiet elettorali sa’ mill-1996.