Malta mhux jirnexxilha tieħu ħsieb l-iktar vulnerabbli – PHROM

Malta mhux jirnexxilha tieħu ħsieb il-persuni l-aktar vulnerabbli minkejja is-suċċess fit-tkabbir ekonomiku.
Dan qalitu l-Pjattaforma għall-Organizzazzjonijiet tad-Drittijiet Umani f’Malta (PHROM) b’reazzjoni għall-mewta traġika taż-żagħżugħ.
Il-Pjattaforma saħqet li tinsab ixxukkjata bl-aħbar traġika taż-żagħżugħ iżda jidher li t-traġedja seħhet minħabba l-falliment tal-istituzzjonijiet.
L-organizzazzjonijiet urew appoġġ għas-sentimenti u r-rakkomandazzjonijiet espressi mill-Alleanza għas-Saħħa Mentali (A4MH).
L-Alleanza ftit jiem ilu għamlet talba biex ikun hemm strateġija nazzjonali ġdida dwar is-saħħa mentali li tpoġġi l-kura fil-kommunità u s-servizzi f’kriżijiet bħala prijorità. Għandu jkun hemm ukoll l-iffinanzjament adegwat għall-iżvilupp tagħhom. Il-PHROM appoġġjat din it-talba.