Malta m’għandhiex tkun bejta għal kriminalità organizzata – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li Malta m’għandhiex tkun bejta għal kriminalità organizzata u mekkaniżmi preventivi biex Malta tiskrutinizza lilha nfisha internament.

Il-PD fakkar li f’okkażjonijiet fil-passat, l-Aġenzija kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) wettqet xogħlha sew u ppreżantat dokumenti lill-Pulizija iżda din naqqset milli taqdi dmirha.

Il-PD saħaq li r-rapport tal-European Banking Authority (EBA) li sab nuqqasjiet fl-FIAU m’għandux ikun injorat iżda din għandha tkun l-okkażjoni biex l-FIAU tissaħħaħ u b’hekk tkun salvagwardjata r-reputazzjoni ta’ Malta.