Malta m’għadhiex titqies pajjiż sigur mill-Finlandja

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Finlandja huwa l-aħħar pajjiż li m’għadux iqis lil Malta bħala pajjiż sigur għas-safar minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Ġurnali Finlandiżi rrappurtaw li l-Gvern Finlandiż illum ħabbar restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn u mid-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Iżlanda, Malta u n-Norveġja. Se jerġa’ jkun hemm restrizzjonijiet ukoll fuq l-ivvjaġġar lejn u minn Ċipru, l-Irlanda, il-Ġappun u San Marino.

Il-pajjiżi ntgħażlu peress li għandhom aktar minn tmien każijiet tal-coronavirus għal kull 100,000 persuna.

Pajjiżi oħrajn li llimitaw l-ivvjaġġar lejn u minn Malta huma l-Ingilterra, is-Slovenja, l-Irlanda u l-Litwanja.

Il-Finlandja se tillimita wkoll l-ivvjaġġar fil-pajjiż stess. In-nies se jitħallew jivvjaġġaw għal raġunijiet ġustifikati biss, pereżempju minħabba raġuni relatati mal-familja jew għal xogħol.

Malta issa introduċiet il-lista s-safra għall-pajjiżi, u l-ewwel tlieta fuq din il-lista huma l-Bulgarija, ir-Rumanija u tlett ibliet Spanjoli: Madrid, Barċellona u Girona.

It-total ta’ każijiet attivi tal-coronavirus issa huwa ta’ 677.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn