Aġġornata bir-ritratti: Malta llum tfakkar l-Indipendenza

Malta illum qed tfakkar id-49 anniversarju  minn meta ħadet l-Indipendenza mir-Renju Unit. Dan huwa wieħed mill-jiem nazzjonali ta’ Malta.  

Dalgħodu l-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur se jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir il-Floriana.

Fl-għaxra jingħata bidu għal quddiesa pontifikali bil-kant tat-Te Deum u li tmexxiet mill-Arċisqof Pawl Cremona fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.

Wara jsir it-tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.

Intant ilbieraħ filgħaxija sar Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fil-Palazz il-Belt Valletta.

Ritratti: DOI – Clifton Fenech