Malta lesta li tiddiskuti mal-Greċja iżda mhux se taċċetta li d-dejn jinħafer

Wara s-sezzjoni tal-Grupp tal-Ewro, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna sostna li Malta tinsab lesta li tiddiskuti konċessjonijiet għall-Greċja li jkunu raġjonevoli iżda l-Gvern mhux se jaċċetta li d-dejn mal-Greċja jinħafer.
Il-Ministru Scicluna attenda wkoll għal-laqgħa tal-ECOFIN fejn ġiet diskussa l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar fondi Ewropej għal Investimenti Strateġiċi jew kif inhi magħrufa l-Pjan għall-Ewropa.
Hawnhekk il-Ministru Scicluna qal li Malta taqbel ma’ din il-proposta, li trid tkun iffukata.
Il-proposta tal-Kummissjoni hija ntiża sabiex issaħħaħ l-attività ekonomika fl-Unjoni Ewropea, jiżdiedu l-postijiet tax-xogħol u jikber is-suq Ewropew.
Malta qed tenfasizza fuq ir-rwol importanti li għandu jkollhom l-intrapriżi żgħar u medji f’dan il-proġett.
Matul l-ECOFIN ġiet diskussa wkoll il-Presidenza Ewropea tal-Latvja u l-programm ta’ ħidma matul is-sitt xhur li ġejjin.