Malta, l-Olanda u s-Slovakkja jaqblu dwar prijoritajiet għall-Presidenza Ewropea

Malta, l-Olanda u s-Slovakkja, li flimkien jiffurmaw it-trio ta’ pajjiżi li se jkollhom il-Presidenza Ewropea bejn Jannar li ġej u l-2017, qablu dwar prijoritajiet politiċi għal dan iż-żmien.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li ntlaħaq qbil fuq il-ħtieġa li jkompli x-xogħol fuq stabilità tas-settur bankarju tal-UE, u żviluppi fil-qasam tas-suq kapitali biex jiżdied l-investiment u t-tkabbir fl-UE.
Il-Ministri tal-Finanzi, inkluż il-Ministru Edward Scicluna, iddiskutew governanza aħjar mil-lat ekonomiku u fiskali tal-Unjin Ekonomika u Monetarja, u qablu li l-ġlieda għall-evażjoni tat-taxxa għandha tibqa’ prijorità importanti.
Fi Bratislava, Edward Scicluna ħa sehem ukoll f’sessjoni tat-TATRA Summit, li tgħaqqad mijiet ta’ politiċi, negozjanti u akkademiċi li jaħdmu fil-qasam ekonomiku u finanzjarju. 
Ritratt: MFIN