Malta l-iktar pajjiż dipendenti fuq l-enerġija fl-UE

Fl-2011 Malta kienet l-iktar pajjiż Ewropew li ddependa fuq l-enerġija.

Skont l-aġenzija Eurostat, ir-rata ta’ dipendenza ta’ Malta fejn tidħol l-enerġija kienet ta’ 101%. Din kienet l-ogħola rata fost is-27 pajjiż membru fl-Unjoni.

Wara Malta, il-Lussemburgu kienet tiddependi fuq oħrajn b’97%. Segwew Ċipru u l-Irlanda.

L-ikbar konsumaturi tal-enerġija kienu l-Ġermanja, Franza, r-Renju Unit, l-Italja u Spanja.

Fuq livell Ewropew, il-konsum tal-enerġija naqas mill-ekwivalenti ta’ 1,800 tunnellata żejt fl-2008 għal 1,700 tunnellata fl-2011.