Malta l-ħames l-aktar pajjiż ippreferut miċ-Ċiniżi miljunarji

Malta hija l-ħames l-aktar pajjiż li ċ-Ċiniżi sinjuruni jagħżlu li jiġu fih, wera studju mmexxi mill-Istitut tar-Riċerka ta’ Hurun b’kollaborazzjoni ma’ Visas Consulting Group.
Ir-rapport, Immigration and the Chinese HNWI 2017, iħares lejn l-għażliet ta’ emigrazzjoni b’invstiment li jagħmlu l-miljunarji Ċiniżi, u għaliex jagħżlu hekk.
Fost l-oħrajn, ir-rapport qal li l-fatturi ewlenin biex dawn jagħżlu li jemigraw u jinvestu huma l-edukazzjoni u l-ambjent, kif ukoll il-kura medika.
L-istennija twila żżejjed, il-barrieri tal-lingwa u d-diffikuktajiet relatati mal-integrazzjoni fis-soċjetà li tilqagħhom huma fost l-isfidi li dawn il-miljunarji qalu li jsibu.
Qabel Malta, li hija ġdida fil-lista, hemm l-Awstralja, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Istati Uniti, li tibqa’ l-favorita sena wara sena.
Malta kklassifikat ukoll fis-17-il post bħala l-għażla tal-miljunarji Ċiniżi biex jinvestu fi proprjetà.
Ir-rapport ikkunsidra 304 miljunarju Ċiniż li emigraw jew qegħdin biex, u l-istudju sar bejn April u Lulju.
Ritratt: Arkivji