Malta l-ewwel pajjiż tal-Mediterran Ċentrali li ngħaqad mal-ICMPD

Malta ingħaqdet maċ-Ċentru Internazzjonali tal-Iżvilupp ta’ Politika dwar il-Migrazzjoni (l-ICMPD). Il-pajjiż huwa is-16-il stat membru, u l-ewwel membru mir-reġjun tal-Mediterran Ċentrali.  
L-għan ta’ din l-organizzazzjoni intergovernattiva, li hija bbażata fi Vjenna, hu li toffri struttura ta’ appoġġ lill-gvernijiet, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituti tar-riċerka, u membri tas-soċjetà ċivili għal kostituzzjonijiet informali. L-ICMPD tipprovdilhom ukoll pariri esperti u servizzi fil-qasam tal-koperazzjoni multiliterali fuq il-kwistjonijiet ta migrazzjoni u ażil.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qal li, “Malta issa ilha taħdem mal-ICMPD għal għadd ta’ snin, u din ir-relazzjoni baqgħet dejjem tissaħħaħ. Is-sħubija fl-ICMPD kienet, allura, il-pass naturali li kien imiss.”
Iċ-ċentru internazzjonali għandu missjoni fi Brussell kif ukoll f’uffiċċji u rappreżentanti reġjonali madwar l-Ewropa, fl-Afrika ta’ Fuq, il-Lvant Nofsani, u l-Amerika Latina.
L-istati membri l-oħra huma l-Awstrija, il-Bożnija u l-Ħerzegovina, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Serbja, l-Islovenja, l-Ungerija, l-Iżvezja, u l-Iżvizzera.