L-aġenzija tar-ratings Scope Ratings qalet li Malta hija l-ħames l-aktar pajjiż fid-dinja reżiljenti minn aspett ekonomiku għal kontra l-coronavirus.
Il-kumpanija tar-ratings Scope Ratings analizzat is-sitwazzjoni fi 63 pajjiż madwar id-dinja.
L-aħjar ħames pajjiżi skont l-analiżi ta’ Scope Ratings huma t-Tajwan, iċ-Ċina, l-Iżvezzera, it-Tajlandja, u Malta. Dan ifisser li Malta ġiet fl-ewwel post fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Malta ngħatat r-rating ta’ A+/Stable.
F’reazzjoni l-Gvern qal li dan iċ-ċertifikat pożittiv ġie wara l-konklużjonijiet ta’ tliet aġenziji internazzjonali tar-ratings – Fitch, Moody’s u Standard & Poor’s – li fl-aħħar ġimgħat ikkonfermaw li minkejja l-pandemija tal-COVID-19, il-prospetti għar-rating ta’ Malta huma stabbli.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.