Malta: It-48 pajjiż l-aktar kuntent

Malta tinsab fit-48 post fir-Rapport Dinji tal-Kuntentizza.

Dan huwa it-tieni rapport li ġie ppubblikat mill-Ġnus Magħquda.

Dan ir-rapport jitfassal minn numru ta’ esperti li jeżaminaw setturi differenti fosthom l-ekonomija, statistika nazzjonali u l-psikoloġija tar-residenti biex jilħqu kejl għall-indiċi tal-pajjiżi.

L-aktar pajjiżi fejn ir-residenti huma l-iżjed kuntenti huma d-Danimarka, in-Norveġja, l-Iżvizzera, l-Olanda u l-Iżvezja.

Filwaqt li l-inqas popli kuntenti huma dawk fir-Rwanda, il-Burundi, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana, il-Benin u t-Togo.

Dan it-tieni rapport juri tibdil sinjifikanti mill-ewwel wieħed b’pajjiżi li naqsu jew żiedu fil-pożizzjoni tagħhom.

Il-kuntentizza żdiedet b’mod ġenerali fost il-pajjiżi Sub-Sahara u fl-Amerika Latina.

Il-kuntentizza naqset fil-pajjiżi ‘l aktar industrijalizzati.