Malta l-20 l-aktar pajjiż fid-dinja b’segretezza fil-finanzi

Malta ġiet ikklassifikata bħala l-20 l-aktar pajjiż fid-dinja li għandha segretezza finanzjarja.
L-istħarriġ sar mill-Financial Secrecy Index li kienet poġġiet lil Malta fis-27 post fl-2015.
Dan ir-rapport jikklassifika l-pajjiżi skont is-segretezza tagħhom u l-iskala tal-attivitajiet finanzjarji tagħhom. Skont l-Indiċi, din il-klassifika hija newtrali politikament u hija għodda li permezz tagħha wieħed jista' jifhem aktar dwar it-tax havens u l-kriminalità finanzjarja.
Malta ngħatat il-punti massimi fis-segretezza fejn jidħlu r-reġistru ta’ trusts u fondazzjonijiet, l-akkwist tal-ġid, u l-iżvelar tat-taxxa korporattiva.
Fejn jidħlu l-qsim tal-informazzjoni b’mod awtomatiku, trattati bilaterali, u kooperazzjoni legali internazzjonali Malta kisbet 0% fis-segretezza.
L-Iżvizzera ngħatat it-titlu tal-aktar pajjiż sigriet fejn jidħlu l-finanzi.
Tista’ tara l-klassifika sħiħa hawn.