Malta kontra sanzjonijiet dwar żejt mil-Libja

Newsbook.com.mt hu infurmat li għadd ta’ pajjiżi fosthom Malta huma kontra proposta li ħarġet fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin dalgħodu fi Brussell.
Il-Ministri mit-28 pajjiż membru ltaqgħu biex jiddiskutu diversi punti, ewlenin fosthom, it-terroriżmu.
Informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt tgħid li persuna mill-uffiċċju tar-Rappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiet Barranin, Federica Mogherini, ressqet proposta biex il-pajjiżi tal-UE joħorġu sanzjoni fil-konfront tal-Libja dwar iż-żejt.
Is-sors ta’ Newsbook.com.mt qal li Malta u xi pajjiżi oħra qed joġġezzjonaw din il-proposta għax qed jinsistu li jekk din tiddaħħal, tkun qed tippenalizza lill-poplu Libjan u mhux toħloq pressjoni biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt.