Malta jkollha l-ewwel rebħa fil-UEFA Nations League

Goal fl-aħħar minuta ta’ Steve Borg jegħleb lill-Latvja

Read in English.

Malta rreġistrat l-ewwel rebħa tagħha fil-UEFA Nations League hekk kif għelbet lit-tim Latvjan bl-iskor ta’ 1-0.

Il-goal ta’ Malta ġie fl-aħħar mumenti tal-logħba, b’daqqa ta’ ras tad-difensur tal-Gżira United Steve Borg.

Il-logħba ntlagħbet f’Riga, u kienet l-ewwel rebħa tat-tim nazzjonali Malti f’logħba kompettitiva barra minn xtutna mill-2013. Ir-rebħa ġiet tlett ijiem wara riżultat diżappuntanti kontra l-Andorra, logħba f’Andorra La Vella li spiċċat 0-0.

Bir-rebħa kontra l-Latvja, Malta kisbet ir-raba’ riżultat pożittiv konsekuttiv, wara draw ta’ 1-1 kontra l-Latvia f’Malta fis-6 ta’ Settembru, rebħa ta’ 2-0 kontra Ġibiltà f’Malta fis-7 ta’ Ottubru u l-logħba kontra l-Andorra.

Il-logħba kontra Ġibiltà kienet waħda ta’ ħbiberija, waqt li l-oħrajn kollha kienu parti mill-UEFA Nations League.