Malta jirnexxilha tirbaħ 19-il midalja fil-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar

GSSE Montenegro

It-tielet ġurnata mil-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, l-atleti Maltin irnexxielhom jiksbu ħames midalji oħra, waħda deheb, tlieta fidda u tnejn bronż. B’hekk b’kollox Malta rebħet 19-il medalja biex spiċċat ikklassifikat fis-seba’ post fil-klassifika tal-pajjiżi.

It-tiratriċi Eleonor Bezzina serqet ix-xena hekk kif rebħet il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-10m tal-air pistol. William Chetcuti ukoll rebaħ midalja hekk kif spiċċa fit-tieni post fit-trap. Mis-sezzjoni tat-track and field, Damian Mizzi ġie fit-tielet post fl-400m filwaqt li Jordan Gusman spiċċa fit-tieni post fil-finali tal-1,500m. Min-naħa tal-għawm, Andre Chetcuti rebaħ il-fidda.

Il-kontinġent tal-għawwiema irnexxielhom jiksbu b’kollox 10 medalji. Dan huwa numru rekord f’din id-dixxiplina għal Malta hekk kif sentejn ilu irnexxielhom jiksbu 7 midalji.