Malta, it-Turkija u l-Libja b’riservi dwar il-ħidma tal-UE fil-Mediterran

Read in English.

Malta ngħaqdet mal-Gvernijiet tat-Turkija u l-Libja biex tesprimi r-riservi tagħha għall-ħidma militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran bl-isem Irini. Dan peress li qalu li Irini għandha n-nuqqasijiet tagħha. L-ħidma Irini tiffoka l-aktar fuq l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tal-armi imposti fuq il-Libja min-Nazzjonijiet Magħquda bl-użu ta’ satelliti u ajruplani u riżorsi marittimi.

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ltaqgħu aktar kmieni llum fi Tripli.

Fi stqarrija konġunta tal-Ministeri għall-Affarijiet Barranin tat-tliet pajjiżi, kemm Malta kif ukoll it-Turkija esprimew is-sapport tagħhom għall-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali bħala l-gvern leġittimu tal-Libja filwaqt li qalu ma teżistix l-ebda soluzzjoni militari għall-kriżi fil-Libja. Qalu li l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Libja għandhom sinnifikat kbir.

Huma qablu li jitwaqqaf tim konġunt biex jikkordina l-ħidma għall-proġetti konkreti u prattiċi.

Qablu wkoll li għandhom jerġgħu jibdew it-titjiriet bejn Malta, t-Turkija u l-Libja filwaqt li qablu li l-kumpaniji Torok u Maltin għandhom jerġgħu jirritornaw fil-Libja.

Dwar l-immigrazzjoni illegali huma qalu din joffru r-riżorsi li hemm bżonn biex jitjiebu l-kapaċitajiet tal-Gwardji tal-Kosta Libjana. Appellaw ukoll biex l-Unjoni Ewropea biex tgħin il-problema billi tilħaq is-sors tal-problema fil-pajjiżi minn fejn joriġinaw l-immigranti.

L-Ambaxxatur Malti Charles Saliba f’laqgħat dwar l-immigrazzjoni

Rapporti fil-midja Libjana qalu li l-Ambaxxatur Malti Charles Saliba kellu taħditiet mal-Ministru għall-Intern Mohamed Al-Shaibani. Huma ddiskutew il-ftehim li sar bejn iż-żewġ Gvernijiet fix-xahar li għadda bil-Ministru Libjan jisħaq li għandi jieħu vantaġġ minn dan il-ftehim għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ naħħat.