“Malta problema għall-UE” – MEP

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Belġjan Guy Verhofstadt sostna li Malta hija waħda mis-sorsi tal-problemi fl-Unjoni Ewropea.
Dan qalu waqt diskors imqanqal fil-Parlament Ewropew dwar kif kriżijiet fil-Gvern ta’ pajjiżi Ewropej qed joħolqu problemi kbar fiż-Żona Ewro.
Verhofstadt qal li hemm bżonn li sistemi tal-koruzzjoni li insista li għandha Malta mhux posthom fl-Unjoni Ewropea, u dawk preżenti għandu jkollhom il-kuraġġ li jammettu li hemm problema.
Barra minn hekk semma wkoll l-Istati problematiċi bħal dawk tal-Ungerija u l-Polonja. Filwaqt li għamel referenza wkoll għall-istaġnar politiku li ħakem lill-Italja fl-aħħar ġimgħat.
Sostna li d-demokrazija hija importanti fl-Ewropa u insista kif meta ma kienx hawn l-Unjoni Ewropea kien hawn problemi kbar fit-tmexxijja tal-pajjiżi bħall-awtoritarjaniżmu, despotiżmu, in-nazziżmu u l-faxxiżmu.
Qal li ma jistax ikollok demokrazija jekk il-ħelsien tal-midja u l-valuri madwarhom jiġu mhedda tant li jiġu assassinati ġurnalisti bħal fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia u l-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak fis-Slovakkja.