“Malta hija Ewropea u globali” – Prim Ministru

Huwa mistenni li Malta se tibda tesporta l-enerġija lil pajjiżi oħra fi ftehim li sar ma’ kumpanija Ċiniża fil-ġimgħa li għaddiet. 

F’indirizz li ta l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Lokalità tal-Gudja, qal li permezz tal-ftehim, Malta u ċ-Ċina se jkunu qed ifittxu li jinvestu f’pajjiżi oħra. Qal li permezz ta’ bidla fid-direzzjoni, Malta se tkun Ewropea, Mediterranja u Globali.

Dr Muscat qal li “iċ-Ċina se tkun msieħba fl-Unjoni Ewropea u l-Afrika permezz ta’ Malta, hekk kif jixtiequ pajjiżi Ewropej u Afrikani.” Għamel referenza għar-relazzjoni tajba li kellu l-eks-Prim Ministru Dom Mintoff mal-pajjiż.

Kompla jispjega li l-ftehim maċ-Ċina huwa mibni fuq tlett pilastri ewlenin, u li filwaqt li l-Gvern Malti se jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet hu, iċ-Ċiniżi se jkollhom biss shareholding minoritarju.

China Power Investments u Shangai Power Electric se jinvestu direttament fl-Enemalta, sabiex b’hekk tibda tħallas id-djun tagħha. L-Enemalta se tibda tgħaqqad l-panelli fotovoltajiċi, inizjattiva li tfisser aktar xogħol.

Dr Muscat qal li d-differenza bejn il-Gvern preżenti u dak preċedenti hi li l-Gvern t’illum għandu sistema t’enerġija favur l-ambjent, filwaqt li tal-Gvern preċedenti kienet waħda ta’ korruzzjoni fix-xiri taż-żejt, kontjiet għolja u  xogħolijiet fil-periklu.

Qal ukoll li l-Gvern fehem ‘l-isfida tal-globalisazzjoni, u li jaraha bħalha opportunità’, kif ukoll li qed juri kontroll responsabbli tal-ekonomija.

Temm jgħid li Malta ma kellix politika dwar enerġija, u li kien hemm koruzzjoni fil-korporazzjoni tal-power station li taħdem bil-heavy fuel oil.

Fil-laqgħa ntqal ukoll li l-Oppożizzjoni ma taqbilx ma’ dan l-investiment u li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed iżżomm lill-pajjiż lura.